Dwar
3793 It-timijiet huma rreġistrati...
3793 It-timijiet ta' Water Explorer huma rreġistrati biex s'issa jieħdu azzjoni...
Water Explorers f' 3793 timijiet qed jgħinu biex jimlew il-ġejjieni tagħna bl-ilma għal kulħadd
DAK HUWA L-90 PERSENTAĠĠ TAL-MIRA TAGĦNA, BIEX TGĦINUNA NILĦQUH, JEKK JOGĦĠOBKOM...
Għinna nilħqu l-mira tagħna
Dak huwa L-90 persentaġġ tal-mira tagħna, biex tgħinuna
DAK HUWA L-90 PERSENTAĠĠ TAL-MIRA TAGĦNA, BIEX TGĦINUNA NILĦQUH, JEKK JOGĦĠOBKOM...

Water Explorer jinkoraġġixxi studenti ta' bejn it-8 u l-14-il sena minn ħdax-il pajjiż biex jieħdu azzjonijiet li jħallu impatt biex jiġi ffrankat l-ilma prezzjuż li għandna. Dan qed isir permezz ta' missjonijiet interattivi li għandhom l-għan li jiġi ssalvagwardjat l-ilma. Agħti ħarsa lejn l-infografika biex tara r-riżultati fantastiċi

Isma' x'għandhom xi jgħidu l-istudenti flimkien mal-għalliem tagħhom dwar l-esperjenza edukattiva u interessanti tal-Water Explorer f'dan il-video.

Programm flessibbli
Sew jekk inti għandek klabb żgħir, kif ukoll jekk għandek ix-xewqa li tmexxi dal-proġett mal-iskola kollha, Water Explorer huwa programm li tista' taddattah skont l-objettivi tiegħek u skont il-ħin li għandek disponibbli. L-isfidi kollha involuti jitmexxew mill-istudenti nfushom u tista' ssib ir-riżorsi lesti. Għaldaqstant dan il-programm ftit li xejn jeħtieġ ippjanar.

Jekk tagħmel il-ħsieb li tidħol għalih:

  • Se jkollok aċċess għal mijiet ta' riżorsi bil-lezzjonijiet lesti 
  • Se tidħol fiċ-ċans li tirbaħ premjijiet li jirrikonoxxu l-kisbiet tal-istudenti
  • It-tfal se jingħataw l-opportunità li jinvolvu rwieħhom f'din il-kwistjoni globali

Mira internazzjonali  
B'2600 tim entużjast minn ħdax-il pajjiż, Water Explorer jagħti l-opportunità lill-istudenti biex jaħdmu flimkien ma' sħabhom il-Water Explorers fuq skala internazzjonali. Dan huwa mod ġdid li jħeġġeġ ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni biex ikunu ċittadini globali, li jaġixxu lokalment u jaħsbu globalment. .

Fir-Renju Unit
Jekk inti tixtieq issir taf aktar dwar l-ilma, idħol f'dawn il-missjonijiet biex tiffranka l-ilma u ngħaqad mal-komunità tagħna tal-Water Explorer. Biex tgħaqqad tim, kulma trid huwa grupp ta' studenti ta' bejn it-8 u l-14-il sena u persuna biex tmexxi s-sessjonijiet. Klassijiet tal-iskola, Scouts, Brownies, Cubs and Guides, Eco-clubs, gruppi reliġjużi, gruppi li jiltaqgħu wara l-iskola u gruppi oħrajn huma kollha aċċettati!

Water Explorer huwa ssapportjat minn
HSBC Water Programme
u hija inizjattiva ta'Global Action Plan
flimkien ma'
7.00 MB